Immigranti jisparpaljaw fuq bajja fi Spanja

Migrants disembark from a dinghy at Del Canuelo beach after they crossed the Strait of Gibraltar, in Tarifa, sourthern Spain.REUTERS/Jon Nazca

Aktar minn 30 immigrant irregolari, segwiti minn dgħajsa tal-Pulizija, niżlu f’bajja fi Spanja permezz ta’ tad-dingi li kienu fuqha u tferrxu fl-akwati tal-madwar.

Filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja internazzjonali juri turisti u nies li kienu fuq il-bajja jibqgħu mistagħġba hekk kif raw l-immigranti, fil-maġġoranza rġiel, jwaddbu l-ġgieget tas-salvataġġ fil-baħar hekk kif kienu qed joqorbu lejn ix-xatt u jaqbżu għal fuq il-bajja u jitferxu fl-akwati.

L-immigranti niżlu fuq il-bajja  wara li kienu qasmu mill-Istrett ta’ Ġibilta, li jifred il-Marokk mill-bqija tal-Ewropa, rotta li saret popolari mal-immigranti li jridu jaqsmu għall-Ewropa.