Immigranti jirrifjutaw l-għajnuna ta’ Malta – Il-Gvern

Immigranti jirrifjutaw għajnuna Malta dgħajsa
Arkivji

Dgħajsa li fuqha kellha l-immigranti rrifjutat l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li dgħajsa bl-immigranti kienet fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta però rrifjutat l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta “kontinwament”. L-immigranti insistew li ma kellhomx bżonn għajnuna u li xtaqu jkomplu fi triqithom lejn l-Italja.

Il-Gvern qal li d-dgħajsa ġiet interċettata mill-Gwardja tal-Kosta Taljana u mill-Frontex “meta l-istess dgħajsa kienet sejra b’mod sigur lejn Lampedusa bl-eżerċitu tad-dritt tagħha għan-navigazzjoni ħielsa.” Il-Gvern Malti spjega li jekk l-awtoritajiet Taljani jikkonsidraw il-każ bħala wieħed ta’ salvataġġ, l-eqreb port sigur ikun dak ta’ Lampedusa. Żied jgħid li l-Maritime Rescue Co-ordination Centre ta’ Ruma ma wera l-ebda interess dwar is-sigurtà tal-immigranti meta d-dgħajsa kienet fiż-żona tas-salvataġġ tal-Libja. Qal ukoll li kien inkonsisteni mal-isforzi biex tiġi provduta assistenza bejn reġjun ta’ salvataġġ u ieħor meta s-sitwazzjoni abbord il-vapur baqgħet l-istess.