Immigranti jinbiegħu bħala skjavi tax-xogħol għal ftit aktar minn €300

Immigranti li jaslu fil-Libja qed jispiċċaw jinbiegħu għal ftit aktar minn €300 bħala skjavi tad-dinja moderna.
Investigazzjoni ġdida mis-CNN żvelat din l-aħbar, meta wriet in-negozju sfaċċat li hemm ta’ dawn in-nies, li jittieħdu fil-partijiet imbiegħda tal-kapitali Tripli, fejn jiġu litteralment irkantati bħala ħaddiema tal-id.
F’filmat partikulari, jidhru xi rġiel għall-bejgħ riklmati bħala “rġiel b’saħħithom għall-għelieqi”.
In-negozju hu wieħed mexxej, fejn fost l-oħrajn is-CNN jirrapporta li f’mument minnhom inbiegħu għexieren ta’ persuni f’madwar 6 minuti.
Min ikun irid jakkwista immigrant kemm jgħolli idu u jgħid prezz, sakemm xi ħadd joffri prezz aħjar u jibqgħu sejrin hekk sakemm jintalaħaq prezz massimu.
B’dan, u modi oħra, l-iskjavitù fil-Libja splodiet mindu l-għadd ta’ immigranti fil-pajjiż żdied, persunifit-tiftixa għal ħajja aħjar.
Persuna partikulari tirrakkonta kif mill-kundizzjonijiet tal-waħx fil-ħabs ta’ Tripli spiċċat qaddej ta’ ħaddieħor meta spiċċawlu l-flus u ma setax iħallas lit-traffikanti.
It-traffikanti spiċċaw biex heddu lil familtu, li kellha tħallas $2,780 biex jinħeles.
Aktar kmieni dis-sena, il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) uriet interess biex tinvestiga krimini kontra l-immigranti fil-Libja, u dan wara li l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) wissiet dwar il-bejgħ ta’ persuni fil-pajjiż.