Immigranti jaħarbu miċ-ċentru ta’ Ħal Far

Aġġornat 03:12 PM
Arkivji/Miguela Xuereb

Read in English.

Is-Sibt filgħodu grupp ta’ immigranti ħarbu miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Far.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li bħalissa għaddejja tfittxija għalihom iżda qal li l-Gvern kellu joħroġ stqarrija bid-dettalji dwar dan.

Siegħa wara li Newsbook.com.mt ippubblika din l-aħbar, il-Gvern ikkonferma u qal li 21 immigrant ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li s-servizzi ta’ detenzjoni indunaw dalgħodu bin-nuqqas ta’ dawn l-immigranti wara li wara li sar l-iċċekjar tas-soltu. Il-Gvern stqarr ukoll li l-immigranti “ikkawżaw ħsara fuq wieħed mill-ħitan taċ-ċentru”.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am.