Aġġornata(4): Immigranti irregolari jaħarbu miċ-ċentru tad-detenzjoni f’Ħal Safi

13:45 L-erbatax-il immigrant li aktar kmieni kienu ħarbu mid-detenzjoni ta’ Ħal Safi tressqu l-Qorti. Huma qed jiġu akkużati li ħarbu mid-detenzjoni u li kkaġunaw ħsara fuq propjetà pubblika.  Huma ngħataw sentenza ta' tmien xhur priġunerija. 

Intant il-pulizija għadha qed tifttex ħames persuni oħra li għadhom ma nqabdux. 

19-il immigrant irregolari ħarbu miċ-ċentru tad-detenzjoni f’Ħal Safi matul il-lejl li għadda.
Jirriżulta li l-immigranti ħarbu għall-1.45 ta' filgħodu. 
Minnufih bdiet ħidma ta’ tfittxija min-naħa tal-Pulizija fl-inħawi ta’ madwar iċ-ċentru, b'mod speċjali f'Ħal Safi u Ħal Kirkop. 
Matul il-lejl, il-Pulizija bl-assistenza tar-Rapid Intervention Unit, irnexxilha taqbad 15 minn dawn l-immigranti maħruba.
It-tfittxija għall-kumplament tal-immigranti maħruba għada għaddejja fejn kmieni dalgħodu l-Pulizija kompliet bit-tfittxija fiż-Żurrieq u l-inħawi tal-Imqabba.