Immigranti fl-Ingilterra jistgħu jitkeċċew mill-pajjiż jekk ma jafux il-lingwa

L-Ingilterra se tibdel ir-regoli dwar immigranti fil-pajjiż li jingħaqdu ma’ żwieġhom.
S’issa tinħareġ viża għar-raġel jew għall-mara ta’ immigrant li jkun diġà legalment jgħix fir-Renju Unit, bil-persuna trid turi li tista’ titkellem b’mod bażiku l-Ingliż.
Minn Ottubru, immigranti se jiġu mitluba juru li fi żmien sentejn u nofs tejbu l-livell tagħhom tal-Ingliż, inkella jitkeċċew mill-pajjiż.
Il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron, qal ukoll li nisa Musulmani għandhom ineħħu l-velu li jgħatti kompletament il-wiċċ, jekk imorru f’postijiet fejn hemm regoli dwar l-uniformi.