Mara li kienet abbord il-bastiment Ocean Viking kellha tiġi trasportata lejn Malta minħabba ħruq estensiv li għandha ma’ ġisimha.
L-għaqda SOS Mediterranee qalet li lill-mara salvawha lbieraħ billejl flimkien mat-tliet uliedha.
Fi tweet fl-4pm l-għaqda ħabbret li l-mara kellha tinġieb Malta għat-trattament minħabba l-ġrieħi ta’ ħruq li għandha. Magħha nġiebu wkoll it-tliet tfal tagħha.
Tul il-lejl li għadda, Ocean Viking salva 184 immigrant ieħor, wara li diġà kellhom 223 immigrant abbord. 82 mill-184 persuna ssalvaw miż-żona ta’ salvataġġ Maltija.
Dalgħodu ddaħħlu Malta 95 immigrant, filwaqt li lbieraħ iddaħħlu 47 immigrant. B’hekk bejn ilbieraħ u llum f’Malta ddaħħlu total ta’ 142 immigrant.