Immigrant arrestat wara li pprova jaħrab miċ-Ċentru ta’ Ħal Safi

CMRU

Read in English.

Immigrant li għandu 17-il sena ġie arrestat wara li pprova jaħrab miċ-Ċentru ta’ Ħal Safi.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-5.40pm. Qal li l-ewwel rapport li daħal kien dwar dak li l-Pulizija qed tirreferi għalih bħala “rewwixta” fiċ-ċentru. Fuq il-post marru pulizija tad-distrett u tal-RIU. Dawn arrestaw liż-żgħażugħ li qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.