Immaniġġjar tal-flus u self għall-istudenti ma’ ĠEMMA u l-BOV

Read in English.

In-numru ta’ individwi li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom biex jiksbu l-karriera mixtieqa tagħhom dejjem qiegħed jiżdied. Madankollu, l-aspirazzjonijiet spiss jistgħu jinżammu lura minn sfidi finanzjarji bħal finanzjament tal-kors, akkomodazzjoni, trasport, spejjeż tal-għixien u spejjeż oħra relatati mal-istudju.

Dawn il-kwistjonijiet ġew diskussi reċentement waqt il-Webinar “Immaniġġjar tal-Flus u Self għal Studenti”, organizzat b’mod konġunt minn ĠEMMA u l-Bank of Valletta.

Meta spjega kif l-istudenti saru segment importanti fil-komunità lokali, David Spiteri Gingell, konsulent fi ħdan ĠEMMA, qal, “Inizjattivi mmirati lejn l-istudenti bħal scholarships issa huma disponibbli aktar faċilment. Madankollu, l-ippjanar u l-ibbaġitjar tal-fondi b’mod prudenti huma kritiċi biex wieħed jibbenifika minn ‘investimenti bħal dawn. L-ippjanar finanzjarju għandu jibda minn sena sa sentejn qabel ma japplika għal kors, anke jekk l-istudent għandu l-għan li jieħu self għal studju”.

Tonio Ellul fi ħdan il-Bank of Valletta ipprovda aktar dettalji dwar prodotti tal-BOV li speċifikament jappoġġjaw lill-istudenti waqt il-vjaġġ edukattiv tagħhom bħall-BOV Studies Plus +, il-BOV Club, il-BOV Education Loan u l-BOV Graduates Package. “Il-prodott irrakomandat għal kull min jixtieq ikompli l-istudji tagħhom, huwa bla dubju l-BOV Studies Plus +,” iddikjara Ellul. “Dan jipprovdi lill-istudenti b’aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għall-finanzjament, li jgħinhom ikomplu l-istudji tagħhom u jinvestu f’karriera ta’ sodisfazzjon. Jinkuldi numru ta’ benefiċċji bħal ammont massimu ta’ self ta’ €100,000, rata ta’ imgħax attraenti, perjodu moratorju sa 5 snin u l-ebda kontribuzzjoni bil-quddiem jew ħtieġa kollaterali. “

Il-BOV Studies Plus + hija soluzzjoni ta’ finanzjament immirata għal studenti u professjonisti li jfittxu li jisbqu fl-istudji tagħhom f’Malta jew f’pajjiżi oħra, li jagħmlu korsijiet full-time, part-time jew tagħlim mill-bogħod li jwasslu għal-livelli MQF 5, 6, 7 jew 8 jew kwalifiki oħra rikonoxxuti internazzjonalment. Huwa appoġġjat mill-Programm Operazzjonali II, kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u mmexxi mill-Malta Development Bank.

“Il-kisba ta’ self permezz ta’ din l-iskema ma tfissirx li wieħed għandu jieqaf ifaddal l-flus jew milli jkun konxju tal-ispejjeż. Din sempliċement tagħmel l-istudji bi aktar aċċessibbli u possibbli għal kulħadd” stqarr Tonio Ellul.

Aktar informazzjoni dwar il-BOV Studies Plus+ tista’ tinstab fuq dan il-link.

Dawn il-webinars għandhom skopijiet purament informattivi. Kull informazzjoni matul din is-sessjoni mhijiex u m’għandhiex tinftiehem bħala offerta jew rakkomandazzjoni għall-bejgħ jew solleċitazzjoni ta’ offerta jew rakkomandazzjoni biex tixtri jew tissottoskrivi għal kwalunkwe prodott. Is-self kollu huwa soġġett għal kriterji normali ta’ self bankarju u approvazzjoni finali mill-Bank. It-terminu tas-self ma għandux imur lil hinn mill-età tal-irtirar.

Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Zakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex twettaq in-negozju tal-banek skont l-Att Bankarju (Kap.371 tal-Liġijiet ta ‘Malta).