Imkisser ċirku ta’ droga wara l-arrest tal-moħħ wara dawn l-operazzjonijiet

Il-Pulizija Maltija kissret ċirku ieħor tat-traffikar ta’ droga wara li post fuq facebook wasslet għall-arrest tal-moħħ wara dawn l-operazzjonijiet.

L-arrest kien relatat mar-rejds li għamlet il-pulizija f’maħżen f’Birkirkara f’Ottubru li għadda kif ukoll f’dawk riċenti fil-Gżira, l-Marsa u fil-Blata l-Bajda fejn kien qed jsir traffikar tad-droga.

Madanakollu kien post innoċenti fuq facebook dwar kumpens għal sejbien ta’ kelba tar-razza Pomeranian li wasslet għat-tfittxija ta’ Jordan Azzopardi, 29 sena li huwa maħsub li hu l-moħħ wara ċirku kbir tad-droga.

Azzopardi tressaq il-qorti il-bieraħ akkużat fi 15 –il kap ta’ akkuża fosthom traffikar tad-droga kokaina, eroina u kannabis  flimkien ma’ Mario Abdilla ta’ 66 sena mill-Belt u mara ta’ 30 sena minn Bormla li isimha ma jistax jixxandar peress li hi omm ta’ 5 itfal.

Il-Pulizija kien ilha wara Azzopardi numru ta’ snin wara li numru ta’ rapporti dwar l-organizazzjoni kriminali li mexxa tul dawn l-aħħar erba’ snin.

Azzopardi kien arrestat fir-residenza fil-Wardija fir-rejd il-pulizija li wasslet għalih minn post tiegħu fuq mezzi soċjali fejn kien qed jagħti kumpens lil min isib kelba zgħira li ntilfet fl-inħawi tal-wardija.

Fir-residenza instabu mwieżen elettroniċi, apparat ieħor sabiex isiru l-qratas bid-droga, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ droga kannabis u kokaina. Il-Pulizija sabet ukoll arma tan-nar mhux liċenzjata.

Azzopardi qed jinżamm taħt arrest.