Imħeġġa jgħinu lil dawk li ma jistgħux igawdu l-vaganzi

Ħafna huma dawk li jaħdmu f'fabbriki, kumpaniji u entitajiet oħra li f'dawn il-jiem se jieqfu mill-ħidma tagħhom u jagħtu bidu għal jiem ta' mistrieħ. Madanakollu l-isptarijiet f'Malta u Għawdex jibqgħu impenjati biex joffru kura u servizz mill-aqwa, fosthom dak tat-trasfużjoni tad-demm.

Is-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lil dawn il-ħaddiema biex b'solidarjetà mal-pazjenti fl-isptarijiet tagħna, jingħaqdu mal-kollegi tagħhom, jagħtu d-demm u jkunu ta' sapport għal dawk li ma jistgħux igawdu l-vaganzi.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm.