Imħeġġa jagħtu d-demm għall-festa

Il-membri tal-każini fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex qed jiġu mħeġġa biex jingħaqdu u jmorru jagħtu d-demm.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella biex jiġu organizzati sessjonijiet ta’ għoti ta’ demm bħala parti mill-attivitajiet relatati mal-festa.
Dan bil-għan li jibbenefikaw pazjenti li ma jistgħux igawdu l-festi minħabba mard u korrimenti, fosthom dawk relatati mal-logħob tan-nar.
Minbarra fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa li jiftaħ kuljum, nhar il-Ġimgħa se jsir għoti tad-demm fil-Każin tal-Banda Nicolo Isourd fil-Pjazza tar-Rotunda fil-Mosta bejn it-8.30am u s-1pm.
Barra minn hekk, il-Mobile Blood Donation Unit se tkun ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija, nhar il-Ħadd li ġej bit-8.30am u s-1pm.