Ħames titjiriet tal-Air Malta li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa ġew ikkanċellati.
It-titjiriet huma:
2 ta’ Ġunju
- KM117 minn Gatwick għal Malta
3 ta’ Ġunju
- KM612 minn Malta għal Ruma
- KM613 minn Ruma għal Malta
- KM662 minn Malta għal Palermo
- KM663 minn Palermo għal Malta
F'messaġġ fuq is-sit tagħha, l-Air Malta qalet li dawn il-kanċellazzjonijiet saru minħabba “restrizzjonijiet tal-ħidma”. Il-kumpanija tal-ajru qalet li qed tipprova tirranġa s-sitwazzjoni.
L-Air Malta skużat ruħa mal-passiġġieri tagħha.
Fis-27 ta’ Mejju, b'kollox ġew affettwati 18-il titjira tal-Air Malta bid-dewmien ivarja bejn 30 minuta u 18-il siegħa.
L-għada, id-dewmien fit-titjiriet tal-Air Malta jidher li kompla għaddej.