Imħassra 159 titjira minn Amsterdam għall-Ewropa

REUTERS

Il-kumpanija tal-ajru Olandiża KLM se tikkanċella 159 titjira fl-Ewropa lejn u minn Amsterdam fil-jumejn li ġejjin minħabba maltemp li ma kienx mistenni.

Riħ qawwi se jillimita traffiku fl-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam, it-tielet l-ikbar ajruport fl-Ewropa, għal runway wieħed.

Fi stqarrija qasira fuq il-websajt tal-KLM, intqal li t-titjiriet kollha ta’ dawn il-jumejn jistaw ikunu interrotti. Kull min se jkun affettwat minn dawn it-tibdiliet huwa mistenni jaqta’ l-biljetti tat-titjiriet tiegħu mill-ġdid sal-Ħamis 10 ta’ Jannar.

Min jixtieq ibiddel id-destinazzjoni jista’ jagħżel destinazzjoni oħra tal-istess valur tat-titjira oriġinali. Is-sit tal-KLM jagħti ukoll dettalji għal min ikun irid jieħu flusu lura.