Imħassba bit-tfal esposti għal divertiment tal-adulti – Kummissarju

Read in English.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qal li jinsab imħasseb li tfal u adoloxxenti qegħdin spiss ikunu preżenti f’postijiet ta’ divertiment intenzjonati għall-adulti, bħal bars, clubs, parties u avvenimenti oħra.

L-Uffiċċju spjega li f’dawn il-postijiet, it-tfal ikunu esposti għall-użu tax-xorb, sigaretti u possibilment anke sustanzi oħrajn li jistgħu jagħmlulhom il-ħsara. Qal li huma jesperjenzaw ukoll prattiċi ta’ mġieba mhux xierqa u degradanti li tista’ tħalli impatt negattiv fuqhom bħal konsum eċċessiv ta’ xorb u tabakk, ġlied u diżrispett lejn persuni oħra.

Aqra: Tfigħ ta’ bajd: ‘Ir-rispett jiżboq kull kunsens’

L-istqarijja ttemm tgħid li t-tfal għandhom dritt jitrabbew f’ambjent pożittiv u b’hekk il-Uffiċċju ħeġġeġ lill-ġenituri, qraba u adulti oħra fil-ħajja tat-tfal biex iħallu lit-tfal igawdu tfulithom u jipproteġuhom kif inhu xieraq.

Din l-istqarrija ġiet propju ftit tal-jiem wara li filmat li involva mara tiġi ssuttata bil-bajd minn irġiel waqt bachelor’s party qajjem kontroversja sħiħa fil-pajjiż. Fost il-persuni li ssuttaw il-bajd kien hemm inkluż ukoll tifel.

Aqra: Tfigħ tal-bajd: “Suppost ċelebrazzjoni ta’ żwieġ mhux xena ta’ umiljazzjoni” – NCPE