Imħallef wieħed biss s’issa għażel li jirtira ta’ 68 sena

Read in English.

S’issa mħallef wieħed ikkonferma li se jirtira ta’ 68 minflok 65 sena. Ftit tal-ġimgħat ilu, emenda fil-Kostituzzjoni ġiet approvata mill-Parlament biex l-età tal-irtirar tal-ġudikatura titla’ għal 68 sena.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li s’issa kien l-Imħallef Tonio Mallia li kkomunika mal-Prim Imħallef Mark Chetcuti bl-intenzjoni tiegħu li jirtira ta’ 68 sena.

Għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Glenn Bedingfield, Zammit Lewis qal li s-sena d-dieħla se jirtiraw żewġ imħallfin oħra, filwaqt li fl-2022, tliet imħallfin jirtiraw fl-età ta’ 65 sena.