Imħallef jirrifjuta t-talba ta’ El Chapo għal kundizzjonijiet aħjar fil-ħabs

FILE PHOTO: Mexican drug lord Joaquin "El Chapo" Guzman is shown shortly after extraditon in New York, U.S., January 19, 2017, in this booking photo released February 12, 2019. U.S. Department of Justice/Handout via REUTERS

Imħallef fl-Istati Uniti rrifjuta t-talba ta’ Joaquin “El Chapo” Guzman għal kundizzjonijiet aħjar fil-ħabs f’Manhattan fejn qed jinżamm taħt arrest sakemm tinqata’ s-sentenza fil-konfront tiegħu. Ir-raġel huwa magħruf bħala wieħed mill-akbar kapijiet tad-droga.

L-Imħallef tad-Distrett Brian Cogan qal li mhux se jikritika l-miżuri amministrattivi li qed jiġu imposti fuq Guzman mill-Gvern tal-pajjiż. Dan hekk kif Guzman diġà ħarab darbtejn mill-kustodja tal-Pulizija Messikana qabel ma ġie estradit lejn l-Istati Uniti fl-2017. L-Imħallef irrifjuta t-talba ta’ Guzman li kienet tinkludi wkoll sagħtejn eżerċizzju fuq il-bejt tal-ħabs minn fejn ħabsi kien ipprova jaħrab lura fl-1981. Hu rrifjuta wkoll dak li qal Guzman, li jinsab għaddej minn kastigi krudili u mhux normali.

Guzman li għandu 61 sena, tressaq il-Qorti fit-12 ta’ Frar akkużat li traffika l-kokaina, l-eroina u droga oħra fl-Istati Uniti bħala l-kap tas-Sonaloa Cartel. Hu qed jaffaċċja għomru l-ħabs u qed jistenna l-qtugħ tas-sentenza li mistennija ssir fil-25 ta’ Ġunju.