Imħabbra żewġ proġetti favur attività sportiva f’Għawdex

Ġew imħabbra żewġ proġetti li jippromwovu l-attività sportiva f’Għawdex, filwaqt li hi mistennija sejħa oħra ta’ madwar €5 miljun favur iktar investiment fl-infrastruttura sportiva fil-komunità.
Dan ħabbruh il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Il-proġetti jinkludu trakka tal-mixi, tal-ġiri u taċ-ċikliżmu f’Ulysses Grove, kif ukoll faċilitajiet fil-Gozo Sports Complex fir-Rabat, Għawdex.
Il-Ministru Refalo tkellem dwar l-importanza tal-isports u tal-attività fiżika għal kwalità ta’ ħajja aħjar, u qal li dawn il-proġetti huma stmati li jiswew madwar €397,000, li minnhom €200,000 ġejjin minn Fondi Ewropej.
Ritratt: George Scerri