Imħabbra regolamenti ġodda dwar il-każinòs fuq il-cruise liners

Il-cruise liner se jkunu jistgħu jiksbu permessi biex joperaw il-każinò li għandhom abbord meta jkunu irmiġġati f’Malta.
Dan wara li ġew ippubblikati r-regolamenti tal-cruise casinos maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob.
Iċ-Chairman tal-LGA qal li l-Awtorità introduċiet dawn ir-regolamenti biex tiżgura logħob ġust u protezzjoni abbord il-cruise liners.
Qal li dawn ir-regolamenti jservu biex Malta tkun iżjed attraenti għall-cruise liners speċjalment dawk li jżuru lil Malta matul il-lejl u jinkoraġġixxu biex jinkludu lil pajjiżna fl-itinerarju tagħhom fil-Mediterran.
Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera qal li b’dawn ir-regolamenti, operaturi tal-cruise liners se jkunu jistgħu japplikaw biex meta jkunu f’pajjiżna jiftħu l-każinò.
Qal li l-Awtorità se tkun qed tassigura l-aqwa prinċipji ta’ fair play u l-protezzjoni ta’ min jilgħab f’dawn il-każinòs.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo