Imħabbra l-preżentaturi taż-Zecchino D’Oro

Għaddejjin il-preparamenti għat-62 edizzjoni tal-festival popolari tat-tfal Zecchino D’Oro.

Dan se jsir nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru. B’differenza mis-soltu, Antonella Clerici mhux se tkun weħidha fit-tmun tal-preżetazzjoni tal-festival għax magħha se jkollha lil Carlo Conti, li fl-2017 kien għamilha ta’ direttur artistiku ta’ dan il-festival tat-tfal.

Però, Clerici se tkun weħidha fil-preżentazzjoni tal-programmi speċjali ta’ dan il-festival li jixxandru fuq Rai Uno fil-ħin ta’ wara nofsinhar bejn il-Ħamis 5 ta’ Diċembru u s-Sibt 7 ta’ Diċembru.