Imħabbra l-preżentaturi tal-Miss Universe Malta 2019

Ben Camille u Sarah Zerafa, il-preżentaturi ta' Miss Universe Malta 2019. Ritratt: Facebook

Tħabbru l-preżentaturi tal-edizzjoni li jmiss tal-konkors Miss Universe Malta 2019 li se jsiru l-Ġimgħa 12 ta’ Lulju.

Ben Camille, li din is-sena rajnih ukoll imexxi l-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta kif ukoll wassal il-punti tal-ġurija Maltija waqt il-finali tal-Eurovision Song Contest, se jkun qed jingħaqad mal-mudella Sarah Zerafa, rebbieħa għal darbtejn tal-Best Fashion Influencer Award.

Ritratt: Facebook/SnapArt Photography by Benjamin Sant

25 tfajla se jkunu qed jikkompetu fis-serata finali biex waħda minnhom tirbaħ it-titlu li s-sena l-oħra ntrebaħ minn Francesca Mifsud, u li b’hekk kienet rebħet id-dritt li tirrappreżenta ‘l pajjiżna fit-Tajlandja, fejn kienet ikkompetiet ma’ 96 tfajla oħra minn madwar id-dinja.

Catriona Gray mill-Filippini rebħet l-edizzjoni tas-sena l-oħra.

Il-Miss Universe Malta hi liċenzjata lil Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza f’isem Glow Promotions.

Ara min huma t-tfajliet li qed jikkompetu din is-sena: