Imħabbra l-lista ta’ plejers nominati għall-MFPA Awards 2017

Il-Malta Football Players Association ħabbret lista ta' 45 player innominati għall-MFPA Awards 2017.
Iċ-ċerimonja ta’ unuri se tara 24 rebbieħ f'kategoriji li jvarjaw mill-Aqwa Plejer, l-Awqa Plejer Żagħżugħ, l-Aqwa Plejer Femminili u l-Aqwa Kowċ fost oħrajn.
Il-proċess ta’ selezzjoni sar b’konsultazzjoni ma’ coaches tal-BOV Premier League, delegati ta’ clubs tal-MFPA u b’konsiderazzjoni għall-ammont ta’ logħob li lagħbu l-players.
F’din is-serata, l-MFPA se tniedi wkoll trofew ġdid, magħmul minn aluminju illustrat, u inkurunat b’ballun tal-kristall. It-trofew ser jingħata lil-Aqwa Plejer tal-MFPA 2017.
Iċ-ċerimonja se ssir fit-8 ta’ Mejju, fil-Limestone Heritage, is-Siġġiewi.
Il-lista kollha tal-plejers nominati għall-unuri tinsab hawn taħt.