Imħabbra l-iskwadra Taljana għal kontra Malta

Nhar il-Ġimgħa waqt li Malta tkun qed tilgħab kontra n-Norveġja f’Ta’ Qali, l-Italja tkun qed tilgħab kontra l-Ażerbajġan fi Stadio Renzo Barbera f’Palermo.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Antonio Conte sejjaħ din l-iskwadra għal-logħob tal-Italja kontra l-Ażerbajġan u Malta.
Gowlkipers: Buffon (Juventus), Perin (Genoa), Sirigu (Paris Saint Germain);
Difensuri: Bonucci (Juventus), Chiellini (Juventus), Ogbonna (Juventus), Ranocchia (Inter), Rugani (Empoli);
Midfielders: Aquilani (Fiorentina), Bonaventura (Milan), Candreva (Lazio), Darmian (Torino), De Sciglio (Milan), Florenzi (Roma), Marchisio (Juventus), Parolo (Lazio), Pasqual (Fiorentina), Poli (Milan), Thiago Motta (Paris Saint Germain), Verratti (Paris Saint Germain);
Attakkanti: Destro (Roma), Giovinco (Juventus), Immobile (Borussia Dortmund), Osvaldo (Inter), Pellé (Southampton), Zaza (Sassuolo).
Conte sejjaħ numru ta' plejer żgħażagħ filwaqt li reġa' ħalla barra għal darb'oħra lil Mario Balotelli.