​Imħabbra l-iskwadra l-ġdida tat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal

Wasal il-mument li t-tim nazzjonali Malti tal-Futsal, jipprepara għat-Turnament Internazzjonali fl-24 ta’ Novembru u għal-logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew f’Jannar li ġej.
Għalhekk, il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tal-Futsal Mark Marlow, ħabbar liema huma l-plejers li se jagħmlu parti mill-iskwadra nazzjonali.
It-tim nazzjonali se jkun magħmul minn Matthew Mifsud, Cedric Sciberras, Melvin Borg u Kurt Bartolo ta’ Valletta, Matthew Xerxen, Nicholas Farrugia, Carlo Scicluna, Nicola Del Re, Glenn Bonello u Mark Zammit ta’ Balzan, Christian Wismayer, Daniel Brincat u Andrea Farrugia ta’ Naxxar, Jovica Milijic u Chris Cardona ta’ Hamrun, Dale Camilleri ta’ Luxol, Malwan Telisi ta’ Qormi u Luke Stivala ta’ Gzira.
Dawn il-plejers għada fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, se jkollhom laqgħa fil-5:30pm u logħba ta’ ħbiberija bejniethom, biex isiru jafu aktar lil xulxin.
It-tim nazzjonali Malti se jkollu wkoll logħba ta’ ħbiberija kontra Luxol, nhar is-Sibt 8 ta’ Novembru fis-7:30pm.