Imħabbra l-finalisti ta’ The Face of Diet Kinnie

Dan is-sajf, madwar 200 parteċipanta wieġbu għas-sejħa biex jintgħażlu għal ‘The Face of Diet Kinnie’. Din il-kompetizzjoni għall-wiċċ il-ġdid tad-Diet Kinnie, tnediet mill-Facebook u qed tfittex l-aħjar persuna biex tirrappreżenta d-ditta Diet Kinnie sabiex tidher f’kampanja nazzjonali matul l-2016.
Barra minn hekk, il-persuna rebbieħa jkollha ċ-ċans ukoll li tipparteċipa f’sessjoni fotografika tal-moda, tal-ħolm, fl-Ingilterra b’kollox imħallas u tirbaħ ukoll kuntratt ta’ sena ta’ immudellar ma’ aġenzija lokali ewlenija, Supernova Models – Malta.
Is-sessjoni fotografika tintuża wkoll għal servizz editorjali fil-magazin Pink.
Mill-200 applikanta u fuqhom, intgħażlu 40. Wara intervista wiċċ imb wiċċ, dawn l-40 parteċipanta tniżżlu għal 11-il finalista. Dawn il-finalisti diġà kellhom numru ta’ sfidi u fil-ġimgħat li ġejjin se jattendu l-klassijiet tal-immudellar immexxija minn Marisa Grima, persuna magħrufa ħafna fil-qasam tal-immudellar u l-moda.
Il-finalisti kollha se jimxu fuq il-passarella waqt il-wirja tal-moda Pink li se ssir f’Novembru. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ‘The Face of Diet Kinnie’ titħabbar eżattament wara.