Imħabbra d-data tal-funeral ta’ Raymond Gialanze

Read in English.

Propju lbieraħ tħabbret il-mewt tal-fotografu Raymond Gialanze. Intant, dalgħodu is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 qalet li l-funeral se jkun qed isir nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru.

Il-funeral se jsir fit-8.30am fis-Santwarju Arċipretali tal-Madonna ta-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Id-difna mbagħad se ssir fiċ-ċimiterju ta’ Ħaż-Żabbar.

Bosta kienu dawk li rħewlha fuq Facebook fejn esprimew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ Gialanze, li kellu 54 sena. Huma ddeskrivewh bħala fotografu ta’ ħila u persuna ċajtiera. Bosta sostnew li filwaqt li hu ħalla din id-dinja, il-memorja tiegħu se tibqa’ ħajja grazzi għar-ritratti li ġibed ta’ tant persuni.

Intant, ibnu, Andre Gialanze wkoll kiteb lil missieru fuq Facebook. Irrimarka li bid-dmugħ f’għajnejh, issa jaf li mhux se jaħdmu aktar flimkien. Qal li qattgħu ħafna żmien jaħdmu u anke jmeru lil xulxin, iżda xogħolhom dejjem għamluh b’imħabba kbira. Wegħdu li se jibqa’ jagħmel xogħlu f’ismu.