Imħabbar programm t’attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca

Fl-okkażjoni tal-festa ddedikata lil San Ġorġ Preca, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. qed tħejji diversi attivitajiet.
Il-festa se titfakkar it-Tnejn 9 ta’ Mejju b’quddiesa solenni, fis-6pm, mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża.
Matul il-ġurnata l-kappella se tkun miftuħa mis-7.00am sad-9.00pm, ħlief bejn nofsinhar u l-4.00pm, u kulħadd hu mistieden li jsib ftit ħin jitlob quddiem il-fdalijiet tal-qaddis Malti.
Lejlet il-festa, il-Ħadd 8 ta’ Mejju, se jsir Pellegrinaġġ Djoċesan mid-Djoċesi t’Għawdex u l-Isqof t’Għawdex Mario Grech se jiċċelebra quddiesa fil-kappella fil-5.00pm.
Anke dakinhar, il-kappella se tkun miftuħa mis-7.00am sa nofsinhar.
Fit-tlett ijiem ta’ qabel, bejn il-Ħamis u s-Sibt, se jsir it-Tridu tal-festa b’quddiesa fis-6.00pm fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża.