Post għal 13 biex jistudjaw barra b’xejn

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar skema ta’ €2.2 miljun minn fondi Ewropej u mill-Gvern Malti biex ikun hawn 13-il professjonisti ġodda fil-qasam tas-saħħa.

Fearne ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum fil-Ministeru għas-Saħħa.

Dr Kenneth Grech, konsulent fis-saħħa pubblika qal li se jintbagħtu 13-il student f’tliet universitajiet differenti fir-Renju Unit. Il-postijiet huma għal tliet studenti għal Masters fil-Genetic Counselling, 4 studenti għal baċċellerat fl-optometry, u 6 studenti għal baċċellerat fl-ortoptics.