Imħabbar il-programm ta’ attivitajiet marbuta mal-SME Week

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona nieda l-programm ta’ attivitajiet marbuta mal-SME week. Huwa qal li din is-sena dan l-avveniment qed isir fiż-żmien tal-konsultazzjoni pubblika li għaddejja fuq ir-riforma fil-ħinijiet tal-ħwienet.
Il-Konsultazzjoni se tibqa miftuħa sal-24 ta’ Ottubru.
Il-Ministru Cardona qal li diġa kien hemm numru ta’ partijiet interessati li għamlu suġġerimenti u oħrajn li ressqu il-kritika tagħhom.
Fost is-suġġerrimenti li daħlu kien hemm dawk ta’ min jemmen li l-ħwienet għandhom jiddeċiedu huma f’liema ħinijiet u ġranet għandhom jiftħu, mingħajr restrizzjonijiet, fil-waqt li oħrajn urew biċ-ċar li ma jaqblux mas-sistema preżenti fejn ħwienet li jinsabu f’zoni turistiċi u dawk li mhumiex, huma trattati b’mod differenti meta jiġu applikati ir-regoli dwar il-ħinijiet tal-ftuħ.
Cardona qal li l-liġijiet tax-xogħol mhux se jkunu affetwati.
L-SME week, il-Ġimgħa ddedikata għan-negozji Żgħar u Medji, hija avveniment annwali fejn tingħata importanza kbira fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.  

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott