Imħabbar il-kalendarju tal-futbol Malti

Il-Malta Football Association illum ħabbret il-kalendarju kollu tal-futbol Malti.
Il-kampjonat Premier se jara l-bidu tiegħu fis-16 ta’ Awwissu, l-Ewwel u t-Tieni Diviżjoni fit-12 ta’ Settembru, it-Tielet Diviżjoni fil-11 ta’ Settembru u l-Ewwel Rawnd tat-Trophy se jintlagħab bejn it-3 u t-8 ta’ Settembru.
Il-Kategoriji A u B tal-Youth League jaraw il-bidu tagħhom fl-24 ta’ Settembru, Kategoriji Ċ u D fl-1 ta’ Settembru u Kategorija E fit-2 ta’ Settembru.
L-ewwel parti tal-kampjonat Premier tintemm nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, fejn imbagħad titkompla l-fażi finali wara l-qsim tal-punti.
Il-kampjonati tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni jintemmu fis-26 ta’ April 2015 u wara jista’ jkun hemm logħob ieħor deċiżiv għall-promozzjonijiet u r-relegazzjonijiet.
Se jkun hemm ukoll play-off bejn it-tim li jiġi fl-għaxar post fil-kampjonat premier u dak li jiġi fit-tielet post fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
Ir-rebbieħ minn dan il-konfront, jilgħab fil-kampjont Premier fl-istaġun ta’ wara.
Fl-aħħarnett, il-Finali tat-Trophy li tintlagħab fl-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali, tagħlaq l-istaġun nhar il-Ħadd 25 ta’ Mejju.