Imħabba f’età żgħira għal Papa Franġisku

Meta l-Papa kellu biss tnax-il sena, huwa stqarr imħabbtu lili tifla tamparu li kien iħobb. Dan qalitu Amalia, dik l-istess tfajla, li sa jumejn ilu baqgħet skantata kif dak it-tfajjel sar il-Papa.

Hija rrakkuntat li meta dak iż-żmien fi tfulithom, irrifjutat il-proponiment innoċenti għaż-żwieġ ta’ Jorge, huwa qalilha li jekk ma setax jiżżewwiġha kien se jidħol qassis.

http://player.ooyala.com/player.js?width=560&deepLinkEmbedCode=1qa3Y2YTrTq7IN9zxbmsK9cPoAokGLmD&height=315&embedCode=1qa3Y2YTrTq7IN9zxbmsK9cPoAokGLmD&video_pcode=RvbGU6Z74XE_a3bj4QwRGByhq9h2

Oħt il-Papa qalet li ħuha qatt ma ried li jsir Papa. Maria Elena Bergoglio ta’ 64 sena, stqarret li l-Papa Franġisku għandu ħajja ta’ solitudni quddiemu, iżda tinsab ferm kburija b’ħuha. Il-fatt li huwa l-ewwel Papa minn barra l-Ewropa, mill-Amerka Latina u li huwa ħuha tgħid li hija “grazzja mingħand Alla”.