Imġiba fis-sewqan: Skont min int, skont xi ssuq

L-imġiba fit-toroq Maltin tvarja skont min ikun qed isuq u skont x’karozza jkun qed isuq. Dan ħareġ minn studju ta’ xjentisti dwar il-korteżija fit-toroq Maltin, ippubblikat fil-ġurnal xjentifiku Xjenza.

Informazzjoni miġbura tul 88 ġurnata tal-iskola fuq medda ta’ aktar minn 6 xhur wriet li kienu biss 44 karozza li ċedewlhom biex jgħaddu, filwaqt li 141 karozza ma ċedewliex biex tgħaddi. 46 karozza oħra għaddew permezz ta’ lakuni fit-traffiku. Il-kundizzjonijiet fit-temp u l-preżenza ta’ passiġġieri fil-karozza mas-sewwieq ma għamlux differenza.

Is-sewwieqa ċedew b’mod speċjali lil sewwieqa rġiel ‘l fuq minn 40 sena li kellhom karozzi tal-familja milli lil dawk li kellhom karozza żgħira, lussuża jew karozza tax-xogħol. Sewwieqa ta’ vetturi kbar jew vetturi tax-xogħol kienu b’mod sinifikanti l-inqas persuni li ċedew lil vetturi oħra.