Malti b’kariga ‘speċjali’ fin-Nazzjonijiet Magħquda

Il-Prof. Joe Cannataci reġa' nħatar Rapporteur Speċjali dwar il-Privatezza mill-Kunsill tad-Drittijiet Umani tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Fil-kariga tiegħu Cannataci jaħdem biex id-dritt tan-nies għall-privatezza tagħhom ikun rispettat minn kull gvern. 
Cannataci huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u għall-Politika u l-Governanza, u d-Deputat Dekan tal-Fakultà tal-Midja u l-Komunikazzjoni fl-Università ta’ Malta.