Imġedda l-iskema ta’ ripatrijazzjoni għall-barranin li qed jgħixu Malta

Read in English.

Il-Gvern ħabbar li d-data ta’ għeluq tal-applikazzjoni għall-iskema tar-ripatrijazzjoni volontarja għall-barranin li qed jgħixu Malta u jridu jmorru lura pajjiżhom ġiet imġedda. Issa l-barranin li hawn Malta għandhom ċans japplikaw għal din l-assistenza sal-10 ta’ Mejju.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li l-assistenza hij disponibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea kollha u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu qed jgħixu Malta għal raġunijiet differenti fosthom xogħol, edukazzjoni, familja u turiżmu. Dawk il-barranin li m’għandhomx dokumenti ta’ residenza huma intitolati għal din l-assistenza wkoll.

Id-data ta’ skadenza preċedenti kienet dik tad-19 ta’ April, jiġifieri lbieraħ.

Wieħed jista’ jaċċessa l-applikazzjoni minn hawn.

Dawk l-individwi li għandhom bżonn l-assistenza waqt li qed jissottomettu l-applikazzjoni għal ripatrijazzjoni volontarja jistgħu jċemplu fuq il-helpline +356 2204 2800, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm jew jibgħatu email bid-domandi tagħhom fuq repatriation.mfea@gov.mt.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn