Imġarr u B’Kara jiftħu l-istaġun tal-U19s bil-kbir

Birkirkara FC

Imġarr United u Birkirkara fetħu l-logħob tal-league tan-nisa ta’ taħt id-19-il sena bil-kbir. Imġarr għelbu lill-Imtarfa bl-iskor ta’ 7-0 u Birkirkara rebħu kontra Ħibs bl-iskor ta’ 10-0. Alexandra Gatt ta’ Imġarr u Kailey Willis ta’ Birkirkara skurjaw erba’ gowls kull wieħed waqt il-logħob rispettiv tagħhom.

Mosta FC irnexxielhom jirbħu kontra Kirkop bl-iskor ta’ 2-0, gowls li waslu fit-48 u l-54 minuta.

Swieqi wkoll marru tajjeb fl-ewwel logħba tagħhom wara li rnexxielhom jiksbu t-tliet punti kontra Raiders GFC. Swieqi kienu qed jirbħu bl-iskor ta’ 3-2 sal-ewwel  taqsima u rnexxielhom isibu l-lasta għar-raba’ darba fit-tieni taqsima.