Imfakkra l-vittmi fl-attakki f’Pariġi b’minuta silenzju fi Pjazza Kastilja

Fi Pjazza Kastilja ttellgħet dimostrazzjoni fejn inżammet minuta silenzju bħala tifkira għall-vittmi fl-attakki terroristiċi li seħħew il-ġimgħa li għadda f’Pariġi.
Il-bandiera ta’ Malta fuq Kastilja nżammet mezz’asta b’turija ta’ rispett u luttu.
L-Aġent President Dolores Cristina mexxiet din il-kommemorazzjoni, li għaliha attendew fost l-oħrajn, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, membri Parlamentari, Ewroparlamentari u l-Ambaxxatriċi Franċiża.
Uħud minn dawk preżenti kienu qed iżommu l-bandiera Franċiża.
F’nofsinhar, hekk kif daqqew il-qniepen tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, indaqqu l-innijiet nazzjonali ta’ Malta u Franza u ngħata s-salut mill-kanuni fil-Barrakka ta’ Fuq.  

Ritratt: Twitter