Imfakkra l-isfidi ta’ dawk bl-epilessija

Għada huwa l-Jum Internazzjonali tal-Epilessija.
L-epilessija taffettwa 1% tal-popolazzjoni tad-dinja u għada se jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Epilessija f’iktar  minn 120 pajjiż madwar id-dinja.
L-Assoċjazzjoni tal-Epilessija fi ħdan Caritas Malta, li hi wkoll membru tal-International Bureau for Epilepsy International u l-International League Against Epilepsy (ILAE) jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw u jenfassizzaw il-problemi li jaħbtu wiċċhom magħhom dawk il-persuni li jbatu mill-epilessija, il-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom.
L-epilessija fi ftit punti

  1. L-epilessija hija kundizzjoni kronika li tikkawża attakki ta’ spiss
  2. Hemm madwar 40 tip ta’ aċċessjoni iżda ġeneralment jiġu klassifikati prinċipalment f’żewġ tipi ewlenin: dawk li jaffettwaw il-moħħ kollu u dawk li jaffettwaw parti waħda biss.
  3. Uħud mill-aċċessjonijiet jistgħu jkunu pjuttost ħfief.
  4. Madwar 75% tal-persuni b’epilessija jistgħu jsiru mingħajr attakki
  5. Iżda 25% tal-persuni jibqgħu jbatu bl-attakki minkejja l-pilloli
  6. L-epilessija taffettwa kważi kull aspett fil-ħajja tal-persuna.
  7. Għal ħafna nies l-istigma li hemm assoċjata mal-epilessija hi ħafna iktar diffiċli mill-marda nnifisha.
  8. Persuni bl-epilessija huma persuni normali bl-istess abbiltajiet u intelliġenza