​Imnedija kollezzjoni ta’ tifkiriet ta’ żmien il-gwerra

Kollezzjoni marbuta ma’ battalji li ddominwaw l-aħħar seklu ġiet ippreżentata lill-pubbliku għall-ewwel darba fi tmiem il-ġimgħa, fil-bini ta’ Fondazzjoni Engima, fil-limiti tal-Imqabba.
Wara preżentazzjoni dwar l-oriġini u r-rakkont ta’ episodji storiċi marbuta mal-użu tagħhom, il-Battlefront Living History Group reġa’ ta l-ħajja lil uħud mill-episodji li sawru l-istorja kif nafuha llum.
L-oġġetti storiċi nġabu Malta minn U-Group (Malta) Ltd, u għaddew fir-responsabbiltà ta' Fondazzjoni Engima. Din l-għaqda mhux governattiva għandha l-għan li taħdem flimkien ma’ kollezzjonisti privati oħra biex ’il quddiem jitwaqqaf mużew uniku tat-teknoloġija militari u navali. 
L-attività attirat l-interess tal-istampa internazzjonali fosthom ta’ Ian Young, editur tal-ġurnal Military Machines International u ta' fotografu, li twasslu fuq il-post fuq vetturi tal-militar minn Military Vehicles Collectors Club, immexxija mill-President Clive Micallef.