Filmat: “Imdejjaq li se jneħħuli l-għalqa minħabba triq ġdida” – bidwi

“Qed jiddispjaċini li wara daż-żmien kollu baqgħali erbgħat ijiem oħra u ħa tgħaddi triq minn hawnhekk”, qal il-bidwi Charlie dwar il-proġett tas-Central Link.

Charlie huwa wieħed mis-47 bdiewa affetwati mill-proġett ta’ bini ta’ toroq u twessiegħ ta’ toroq magħruf bħala s-Central Link Project. L-Attard Residents Environment Network bagħtu appell b’kumment dirett mill-bidwi.

Charlie tkellem fuq ħajtu fuq ir-razzet, kif kiber u għex ħajtu hemm mindu kellu 15-il sena. Ta’ 72 sena, għadu jmur ibigħ il-ġbejniet friski l-Ħamrun u Santa Venera. Huwa tkellem fuq kif qabel, kien jieħu l-mogħoż jirgħu, xiħaġa li issa m’għadux jista’ jagħmel ħabba l-ammonti ta’ karozzi. Però, huwa xorta sab mod kif ikollhom l-ispazju tagħhom, kif ukoll protezzjoni mill-elementi.

Huwa kompla jgħid li l-proġett se joqtol 25 siġra u daqs 5 tomniet t’art. Huwa spjega kemm jinsab qalbi maqsuma li se jkollu jitlaq mir-razzett tiegħu minħabba din it-triq.

L-Attard Residents Environment Network qed ikunu vokali ħafna fuq is-suġġett. Il-Kunsill Lokali t’Attard appella kontra l-proġett f’nofs Awwissu. S’issa daqs 900 oġġezzjoni intbgħatu. Minn naħa l-oħra, il-Malta Automobile Club bdew petizzjoni favurih, fejn qalu li l-proġett se jnaqqas n-numru ta’ karozzi li jgħaddu mill-qalba tar-raħal, u għalhekk jonqos it-traffiku.

Filmat mill-Attard Residents Environment Network