Imbuljuta tal-Qastan

Ingredjenti

  • 400gr qastan niexef
  • 175gr zokkor
  • 50gr trab taċ-ċikkulata drinking chocolate
  • 50gr ċikkulata skura mqatta f’biċċiet kbar
  • qoxra maħkuka ta’ larinġa
  • qoxra ta’ mandolina 
  • mixed spice
  • trab tal-imsiemer tal-qronfol

Metodu
1. Aħsel il-qastan għal xi darbtejn, kull darba trid tibiddel l-ilma. Wara poġġih ġo bieqja kbira, għatti sew bl-ilma u ħallih jixxarrab għal mill-inqas 12 il-siegħa. Saffi mill-ilma. 
2. Neħħi xi qxur li jkun baqa. Poġġih flimkien mal-ingredjenti l-oħra ġo borma. Għatti bl-ilma u ħawwad tajjeb.
3. Sajjar fuq nar moderat għal madwar 50 minuta filwaqt li kulltant tħawwad sakemm il-qastan jirtab sew. Jekk tara li waqt tit-tisjir it-taħlita tkun qegħda tixxota żid iżjed misħun.
4. Servi l-imbuljata sħuna ħafna f’kikkri kbar jew bweiqi żgħar. Ġeneralment din tisserva wara l-Quddiesa ta’ nofs il-lejl ta’ lejliet il-Milied.
Għall-aktar riċetti minn Anton B Gougall segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm, jew il-paġna tal-Facebook ta' Anton B Dougall.