Imbikkem fil-Qorti wara li ġie akkużat b’passaport falz

Read in English.

Raġel mill-Ghana ngħata sena ħabs sospiża għal sentejn wara li dalgħodu nqabad jipprova jitlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’passaport ta’ ħaddieħor, biex imur Londra. 

 

Seth Passah ta’ 26 sena mbikkem fil-Qorti wieġeb ħati li prova jsiefer b’passaport Belġjan peress li ma setax jagħmel dan b’passaport tal-Ghana.

 

F’punt minnhom, l-akkużat niżel għarkupptejh jitlob ħniena lill-maġistrat u talab skuża għall-aġir tiegħu biex b’hekk tagħtu sentenza sospiża u avżat lill-uffiċjal tal-immigrazzjoni sabiex jibda l-proċess biex jinħareġ mill-pajjiż.