“Imbikkem” meta identifika l-katavru ta’ missieru li għereq f’Wied il-Għajn

Read in English.

“Imbikkem” u wara għawma sabiex isalva minn ħalq il-baħar, iben Luciano Sapienza spiċċa jidentifika l-katavru ta’ missieru mal-awtoritajiet Maltin skont Siracusa Post. Skont il-ġurnal Taljan Rai, malli ddaħħal l-isptar beda jgħajjat li jrid lil missieru.

Aqra: Jinstab ir-raba’ persuna, il-katavru tiegħu jittella’ mill-baħar

Ilbieraħ erba’ persuni spiċċaw il-baħar hekk kif jidher li d-dgħajsa tas-sajd tagħhom inqalbet f’Żonqor Point fil-limiti ta’ Wied il-Għajn. Kawża tal-inċident, żewġ persuni mietu li skont numru ta’ ġurnali Taljani ġew identifikati bħala Luciano Sapienza, Sqalli u Toumi Zakaria, Marokkin ta’ 29 sena.

Skont il-Pulizija, il-Marokkin miet fuq il-post kawża tal-inċident, intant l-Isqalli nstab aktar tard wara t-tfittxijiet tal-Pulizija. Iż-żewġ persuni oħrajn li kien hemm abbord, fosthom it-tifel ta’ Sapienza ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li rnexxielhom jgħumu sax-xatt.