Ilwien il-Festi Maltin: Jasal il-ħames volum

Il-ħames volum ta' Ilwien il-Festi Maltin, huwa ktieb bi 312-il paġna ta' daqs A4, b'qoxra ħoxna u cover jacket bil-kulur. 

Il-volum, li jiftaħ b'messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, jinkludi 'l fuq minn 650 ritratt bil-kulur ta' Mark Micallef Perconte.
Il-kitbiet bil-Malti u bl-Ingliż editjati minn Andrew Borg, jinkludu kontribuzzjonijiet ta' Raymond Saliba dwar l-Armar Festiv fil-Knejjes Maltin.
Dan huwa l-ħames volum minn tnax.