Ilum jingħata bidu għall-Kampjonat BOV Premier

Ilum jingħata bidu għall-Kampjonat BOV Premier.   Fl-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali, illum wara nofsinhar,  Rabat A jilgħabu kontra ċ-ċampjins Birkirkara, filwaqt li wara ikun hemm Vittoriosa Stars kontra Balzan.

Għada mbagħad fl-Istadjum Ċentenarju, Naxxar Lions jilgħabu kontra Floriana filwaqt li wara Sliema Wanderers jilgħabu kontra QormiS

Għada wkoll fl-Istadjum Nazzjonali f’Ta’ Qali, Valletta jilgħabu kontra Mosta u wara Tarxien Rainbows jilgħabu kontra Hibernians.

 

Ritratt:  MFA – Malta Football Association