“Iltqajna waqt L-Istrina u ħajjitna nbidlet kompletament” – Lenies

Ritratt: Facebook/LeneisGauci

Jekk l-14 ta’ Diċembru kien importanti għall-atturi Clayton Pace u Lenies Gauci għax twieled binhom Noah, illum, is-26 ta’ Diċembru, huwa jum sinjifikattiv. Dan għaliex kien proprju bħal-lum sena ilu li l-koppja ltaqgħet għall-ewwel darba.

Lenies, li narawha fis-sensiela Fattigi qalet li “Iltqajna s-sena ilu waqt L-Istrina u ħajjitna nbidlet kompletament”.

Ritratt: Facebook/LeniesGauci

Hija kompliet tgħid ukoll li din is-sena ma kienx possibbli li huma jattendu għall-avveniment ta’ din is-sena ta’ L-Istrina minħabba fl-impenji maċ-ċkejken Noah, iżda xorta waħda ddikjarat li se jkunu qed jgħinu billi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom.

“U l-istess għandkom tagħmlu intom!” temmet tgħid biex b’hekk tħeġġeġ lin-nies biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom.

Ritratt: Facebook/LeniesGauci

Clayton hu l-moħħ wara l-Mixta Drama li bħalissa qed twassal is-sensiela Ġrajjiet in-Nannu Ċens fuq l-istazzjon One. Kien ukoll ipproduċa l-film Id-Destin li se jerġa’ jkun qed jintwera fuq it-televiżjoni nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru fid-9.45pm fuq l-istazzjon One.

Il-film kien inħareġ fiċ-ċinema f’April u ntwera għall-ewwel darba fuq it-tv f’Settembru li għadda.