Iltaqa’ mal-President ta’ Malta qabel is-sena l-ġdida

Jekk għandek xi għaqda, u anke bħala membru tal-pubbliku tista’ tiltaqa’ mal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, qabel is-sena l-ġdida.
Fis-27 ta’ Diċembru, il-President, flimkien mas-Sur Edgar Preca, se jkunu qed jilqgħu lill-mexxejja u l-ogħla awtoritajiet u korpi kostitwiti fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, sabiex jagħtu l-awguri għas-sena l-ġdida.
Dawk interessati huma mitluba jirreġistraw l-interess tagħhom billi jċemplu fuq 22053352 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.