Ilqugħ fil-bajja ta’ Birżebbuġa biex jilqa’ t-tixrid taż-żejt

Il-Malta Freeport Terminals waħħlet ilqugħ fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa biex tiġi protetta kemm iż-żona tal-għawwiema kif ukoll ir-ramel mit-tixrid taż-żejt fiż-żona tal-Port Ħieles.
Fi stqarrija l-Malta Freerport Terminals qalet li l-ilqugħ, li huwa magħruf bħala protective boom, huwa twil 300 metru u sewa €30,000. Spjegat li waħħlet l-ilqugħ wara li nhar it-Tnejn li għadda vapur xerred iż-żejt fil-baħar.
Temmet tgħid li l-ilqugħ se jibqa’ armat sakemm jinġabar iż-żejt.