Filmat: “Ilni 8 snin nistinka” – Eliana

Ir-rappreżentanta Maltija fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fil-Polonja nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru titkellem ma’ Frederick Zammit waqt l-ewwel programm mis-sensiela Nitfa Spettaklu dwar kemm ilha tistinka biex tieħu sehem f’dan il-festival.

F’din l-ewwel minn sensiela ta’ intervisti ma’ Eliana, li se titlaq lejn il-Polonja nhar it-Tnejn li ġej, il-kantanta ta’ 14-il sena titkellem ukoll dwar il-preparamenti għall-edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest, fejn se tkun qed tipparteċipa bil-kanzunetta We Are More.

Segwi l-filmat f’din il-paġna.

Filmat: Malcolm Agius

Muntaġġ: Sarah Salafia