“Ilna xhur sħaħ ninsistu li l-Gvern jippubblika l-proposti” – Repubblika

70% tal-ħatriet b'konnessi partiġjana - Repubblika

Sarah Cassar Dymond

L-għaqda Repubblika qalet li ilha xhur sħaħ tappella lill-Gvern biex jippubblika l-proposti għal riformi fil-qasam ġudizzjarju.

F’reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-ittra li l-Gvern Malti qal li bagħat lill-Kummissjoni ta’ Venezja, l-għaqda Repubblika nnutat li l-ittra ma kienx fiha data ta’ meta ġiet mibgħuta lill-Kunsill tal-Ewropa.

Fi stqarrija, Repubblika qalet li l-isforzi tagħha taw ir-riżultat mixtieq hekk kif huma appellaw direttament lill-Kummissjoni Venezja biex tinsisti mal-Gvern jiftaħ din ir-riforma għal konsultazzjoni effettiva u wiesgħa mas-soċjetà ċivili.

70% tal-ħatriet b’konnessi partiġjana”

Repubblika qalet li se tistudja l-proposti li ppubblika l-Gvern u se tagħti l-fehmiet tagħha b’mod kostruttiv u “bit-tama sinċiera li sseħħ riforma li tindirizza u ttaffi l-konsegwenzi tal-ħtif partiġġjan tal-ġudikatura li seħħ f’dawn l-aħħar 7 snin”.

Fl-istess stqarrija, Repubblika qalet li l-Kummissjoni ta’ Venezja stqarret li s-sistema preżenti f’Malta ma tirrispettax in-normi demokratiċi tal-lum. Intqal li dan id-difett kien sfruttat mill-Gvern li minn 30 ħatra f’7 snin, wettaq 21 ħatra b’konnessjoni partiġġjana.