Ilna ġimagħtejn nappellaw biex jirrilassaw il-miżuri – Kamra tal-Kummerċ

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li ilha ġimagħtejn tappella biex jiġu rilassati l-miżuri li kienu qed jaffettwaw lin-negozji mhux essenzjali.

Fi stqarrija l-Kamra qalet li tilqa’ l-aħbar tal-Gvern li mit-Tnejn se jirrilassa l-miżuri dwar xi ħwienet. Qalet li dan huwa l-ewwel pass f’vjaġġ li tispera twassal għan-normalità ġdida.

Dalgħodu l-Gvern ħabbar li mit-Tnejn se jiġu rilaxxati xi miżuri b’rabta mal-għeluq ta’ xi ħwienet. Madanakollu l-pubbliku se jintalab jilbes masrka biex jidħol fihom.

Il-Kamra qalet li ilha ġimagħtejn tappella biex il-miżuri jonqsu. Qalet ukoll li ressqet għadd ta’ proposti dwar x’għandu jsir. Appellat lill-Gvern biex jestendi l-miżuri tal-għajnuna li qed jagħti.

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) qal li filwaqt li l-Gvern appella għat-traħħis fil-kirjiet, il-Gvern żamm il-prezzijiet tiegħu l-istess. Fi stqarrija l-MDA qalet li fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 il-Gvern kien ta indikazzjoni li s-sidien kellhom jippruvaw jgħinu lill-inwkilini kemm jistgħu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn